Nhar il-Ġimgħa li għadda rajt La ley del deseo t’Almodóvar… u fih kien hemm dal-bolero mill-isbaħ, Lo dudo, kantat u mdaqq mit-triju Los Panchos.
Did-darba ppruvajt mhux biss naqleb il-lirika għall-Malti, imma ttantajt inżomm daqsxejn it-taqbil u t-tul tal-versi, ħalli jkun jista’ jitkanta bil-Malti… :)
Lo dudo
Niddub’ta
Lo dudo, lo dudo, lo dudo
que tú llegues a quererme
como yo te quiero a tí.
Niddub’ta, niddub’ta, niddub’ta/ tasalx qatt biex itħobb lili/ kif inħobb lilek jien.
Lo dudo, lo dudo, lo dudo
que halles un amor más puro
como el que tienes en mí.
Niddub’ta, niddub’ta, niddub’ta/ issibx imħabba tant safja/ bħal dik li noffrilek jien.
Hallarás mil aventuras sin amor,
pero al final de todas,
solo tendrás dolor.
F’elf avventura bla mħabba għad itkun/ iżda fit-tmiem ta’ kollox,/ imnikket se jħalluk.
Te darán de los placeres, frenesí,
más no ilusión sincera,
como la que te dí…
U jagħtuk mitt elf pjaċir u ferħ ta’ ġenn/ biss ma jkunux sinċiera/ bħal dawk li tajtek jien…
Lo dudo, lo dudo, lo dudo
que halles un amor más puro
como el que tienes en mí,
como el que tienes en mí.
Niddub’ta, niddub’ta, niddub’ta/ issibx imħabba tant safja/ bħal dik li noffrilek jien,/ bħal dik li noffrilek jien.
0 comments:
Post a Comment