1. Lejl l-Opra

    Mort nara l-opra Il Trovatore ta’ Giuseppe Verdi il-Gran Teatre del Liceu ta’ Barcelona.

    Xi ġimagħtejn qabel xtrajt biljett 26€. Sibt post f’tarf ringiela, li skont il-pjanta tal-postijiet kien joffri viżta ta’ 40%. Peress li kien post sulu rraġunajt li fil-fatt jiswa aktar minn prezzu, peress li jkun baqa’ vojt mhux għax post ħażin imma għax aktar diffiċli jinbiegħ. U ma’ dan irraġunajt li peress li jien itwal min-normal il-viżta tiegħi kienet se tkun aktar minn dak irreklamat. U xtrajtu.

    Għedt issa la se mmur nara opra, irrid nifhem eżatt x’inhu għaddej, inkella nkun mort għalxejn. Niżżilt il-libretto minn sit it-teatru, li kien fih it-test oriġinali bit-Taljan kif se jiġi kantat, u t-traduzzjoni bl-Ispanjol. Stampajtu u ħadtu miegħi biex f’xi ħin forsi naqrah. Qrajt sinopsi bl-Ingliż tal-istorja minn fuq xi ġiex siti oħra, u bħala eżerċizzju, sibt vidjo ta’ waħda mix-xeni fuq il-YouTube, issinkronizzajt il-vidjo mat-test tal-libretto permezz ta’ xi ġiex kelmiet Taljani li rnexxieli naqbad, u b’hekk stajt insegwi l-vidjo kelma b’kelma. B’hekk kont għall-ewwel darba smajt biċċa minn opra u fhimt x’inhu jingħad. Fhimt ukoll, per eżempju, illi ġieli jkun hemm xi ġiex versi li jiġu rrepetuti; biċċa informazzjoni importanti biex ma titlifx is-sinkronizzajzzjoni.

    Jum l-opra rnexxieli nilħaq naqra nofs it-test bit-Taljan u bl-Ispanjol. It-Taljan ta’ dil-opra mhux eżattament it-Taljan li jiġi mitkellem kuljum, għalhekk għal ċerti kliem it-traduzzjoni sibtha utli. Wasal il-lejl. Mort ġbart il-biljett li kont xtrajt minn fuq l-Internet, u xħin kont hemm mort sal-kamra tal-banju; dħalt qisni l-imqalfat, u ħriġt gala bil-libsa; a la Superman fil-kabina tat-telefon. B’wiċċ sfiq sellimt lis-sigurtà ta’ mal-bieb, u dan sellimli lura b’wiċċ ta’ mmmm.

    Dħalt it-teatru xi nofs siegħa qabel il-waqt. Barra t-teatru kien hemm daqsxejn tal-kommozzjoni, bħal donnu kien wiesel xi ħadd importanti (apparti jien, sintendi). Erħejt il-basket ta’ ma’ dahri mal-ġkieket tan-nies, u ħallast 7€ għal libretto. Mhux li eżattament kelli bżonnu, imma rraġunajt illi issa la kont hemm, ta’ min nixtrih. Wara ma ddispjaċinix, għax baqagħli rikordju. Tlajt bit-taraġ sar-raba’ sular u sibt posti. Kien fil-ġenb tal-aħħar ringiela minn tlieta, u kif kont bsart, il-viżta tiegħi ma kenitx se tkun mill-agħar. Ħdejja ġiet tpoġġi koppja żagħżugħa; it-tfajla saqsietni jekk kienx il-post tajjeb, saqsejtha x’numru kellha, u għedtilha li jekk jien kont fil-post tajjeb, mela hi kienet ukoll. Skużat ruħha b’li qaltli li kienet l-ewwel darba li ġew jaraw opra, u għarraftha li anka jien.

    Dat-teatru għandhom bokka bih, u mhux għalxejn, għax mill-isbaħ. Qiegħed fl-għamla ta’ nagħla, bħat-teatru Manoel, imma xi ħames darbiet ikbar. Fl-1995 kien inħaraq, u imbagħad reġgħu bnewh. Wara skoprejt li fil-fatt l-opra li mort jien kienet qed tiftaħ għeluq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-għaxar snin minn mindu reġa’ nbena.

    In-nies bdiet tittawwal ’l isfel, u fhimt illi fl-ewwel sular fil-post tan-nofs kien hemm xi ras kibra. Saqsejt ’il raġel min kien hemm, u b’daqsxejn ta’ suppervja weġibni: Ir-re tal-Ispanjoli. Irringrazzjajtu… għalkemm l-arroganza ta’ tonu fhimtha biss ftit minuti wara meta l-ewwel indaqq l-innu Spanjol u qagħad kwiet, u imbagħad waqt l-innu Katalan beda jkanta b’kemm kellu saħħa (għalkemm xi ftit stunat). Intbaħt li dan kien nazzjonalist Katalan, u li kien hemm ir-re ta’ Spanja xejn m’għoġbitu; jiġifieri ried jgħidli li r-re li kien hemm kien tal-Ispanjoli, u mhux tal-Katalani (apparti li wara qrajt li fil-fatt ma kienx ir-re, imma r-reġina… imma insomma).

    Bdiet l-opra. Xi pjaċir! Il-ktejjeb bdejt inħossni li kont xtrajtu daqsxejn għal-lasta, għax ma kienx hemm biżżejjed dawl biex insegwi l-kliem. Imma lanqas ma kien hemm bżonn, għax ’il fuq mis-siparju kien qed jiġi pproġettat il-kliem li qed jingħad, tradott bil-Katalan, b’sinkronizzazzjoni perfetta. Bejn li kont studjajt u bejn li wara kollox il-kant kien bit-Taljan, is-sopratitli bil-Katalan kienu biżżejjed biex inkun naf eżatt x’inhu għaddej. Famuż.

    Żvolġiet l-istorja. Il-kant mill-aqwa, u l-mużika daqstant eċċellenti. Fin-nofs kien hemm intervall, u ħriġt ’il barra. Kien hemm tazez bix-xampanja, u xrobtlu tazza. Inżilt it-taraġ, saqsejt ’il wieħed fejn hu afuera, fehemni ħażin u bagħtni fil-foyer… u b’hekk rajt il-foyer. Kien hemm ħafna nies, kulħadd pulit, u xrobt tazza xampanja oħra. Kien hemm sandwiches miżeri għal 3€ l-wieħed, u rraġunajt illi mill-bar fl-istess triq tat-teatru għal 3€ kont niekol u nixba’… u hekk għamilt.

    Erġajt tlajt fuq, u wara ftit kompliet l-opra. Bdejt nieħu gost li kont ippreparajt ruħi sew, għax bdejt nifhem kollox, u f’ċerti biċċiet saħansitra bkejt. Bħal meta s-suldati jaqbdu ’ż-żingara Azucena u jsaqsuha fejn hi sejra, u tweġibhom li mhi sejra imkien, u li D’una zingara è costume mover senza disegno; il passo vagabondo, ed è suo tetto il ciel, sua patria il mondo. (Għal żingara huwa normali li timxi għal għonq it-triq mingħajr ma taf fejn sejra, is-saqaf tagħha s-sema, u l-patrja tagħha d-dinja.). Jew meta d-damiċella Leonora tiddikjara ’l maħbubha li Prima che d’altri vivere, io volli tua morir! (Qabel ma ngħix ħajti t’ieħor, ridt immut tiegħek!). U terġa’ dal-emozzjonijiet qawwija amplifikati bil-mużika… bkejt, u ħadt gost.

    Spiċċat l-opra, in-nies ċapċpet, u ’l uħud mis-suprani twaddbulhom l-fjuri, anka bukketti sħaħ, avolja strettament mhux suppost. Meta nqara isem l-inkarigat bix-xeneġġatura, kien hemm min saffarlu; dil-opra propja propja fiha ħafna bdil ta’ xeni, imma dan iddeċieda li jesperimenta xi ftit billi juża mhux aktar minn erba’ xeni kollox, u terġa’ xeni minimalisti li kull ma kien fihom xmux u qmura. Din ma’ xi wħud tradizzjonali xejn ma niżlet tajjeb, u xħin kien il-waqt, leħħnu d-diżapprovazzjoni tagħhom.

    Ħriġt mill-opra sodisfatt b’kemm kont ħadt pjaċir, u fl-aħħar fhimt għalfejn hawn min hu daqshekk iffissat. Li kieku ngħix hemm, nagħmel abbonament annwali.

    Viva l-Opra, u viva r-Ryanair, li għoġbu jipprovdili l-passaġġ għal 2€!


    L-Istorja

    L-istorja ta’ Il Trovatore msejsa fuq l-imħabba, l-għira u t-tpattija. Konti jitfa’ ħarstu fuq xebba Leonora, iżda din tkun ġa tefgħet ħarsitha fuq ċertu troubadour jismu Manrico, li ta’ kull lejl kien imur taħt teqitha jgħannilha għana ta’ mħabba. Jinzerta li dan Manrico jkun mill-fazzjoni rivali fil-gwerra ċivili li tkun għaddejja, u biex tgħaqqad issa jsir ir-rivali tal-Konti fil-ġlieda għal dix-xbejba. Barra min hekk, missier il-Konti jkun darba kkundanna lil waħda żingara għall-ħruq wara li tkun ġiet mixlija li allegatament seħtet lill-ibnu ż-żgħir, ħu l-Konti. Hi u tinħaraq, diż-żingara tgħajjat għall-vendetta… u bintha, Azucena, taħtaf ’il daċ-ċkejken u tivvendika ’l ommha billi tixħtu jinħaraq fl-istess ħuġġieġa li tkun inħarqet ommha. Id-destin iġibha li din Azucena tinzerta tkun omm it-troubadour Manrico.

    Jingħad ukoll illi l-konti x-xiħ, missier il-Konti, ħass illi dak li nħaraq ma kienx ibnu, u jħeġġeġ ’l ibnu l-Konti biex jibqa’ jfittex ’il ħuħ. Sadattant insiru nafu m’għand Azucena li fil-fixla fil-ħuġġieġa kienet bi żball tefgħet ’il binha stess!

    Hi u tiġġerra fil-muntanji, Azucena tinħataf mit-trupp tal-Konti; dawn wara ftit jagħrfu min hi, u l-Konti jitfagħha ġo ċella u jikkundannaha għall-ħruq.

    Sadattant, Leonora tisma’ l-kant ta’ Manrico, u tinżel tiltaqa’ miegħu, u tintefa’ f’idejn, bi żball, il-Konti! Jidħol Manrico u jsibha tgħannqu… hi tintebah bil-fawl li għamlet, u tiddikjara mħabbitha għal Manrico. Dan jaħraq lill-Konti, li jisfida ’l Manrico għal dwell, u lil Leonora jħossha ħażin.

    Dad-dwell jispiċċa biex jirbħu Manrico, imma forza barranija inesplikabbli żżommlu idu milli toqtol ’il-Konti, u għalhekk jerħih jgħix. Leonora ma tismax b’aħbar Manrico, taħsbu mejjet, u tidħol għal soru. Hi u dieħla l-kunvent, jitfaċċa Manrico u jżommha milli tagħmel dan. Il-Konti jikkundanna ’l Manrico għall-mannara, u jitfgħu fiċ-ċella m’ommu.

    Leonora tfassal pjan ta’ kif se teħles ’il Manrico mill-mewt. Tmur għand il-Konti, u tokroblu biex jeħilsu, u tgħidlu kemm tħobb lil Manrico; il-Konti jgħidilha Qed tiġġenen? Jien neħles lir-rivali tiegħi? Aktar ma tgħidli li tħobbu, aktar nindanna! Fl-aħħar tasal biex tagħmel patt mal-Konti illi jekk jeħles lil Manrico, tkun tiegħu. Dan jaqbel, u l-patt isir. Iżda minn taħt Leonora tlissen Iva, teħodni, imma mejta! u tibla’ l-velenu.

    Sadattant tmur tgħarraf lil Manrico li nħeles, imma dan jintebaħ bil-prezz ta’ ħelsitu, u jindanna. Imma xħin il-velenu jibda jaħdem, jirrealizza eżatt x’ġara, u jibqa’ mbellah bi qdusitha. Tmut. Imbagħad Manrico jiġi meħud għal qatlitu. Tinqatagħlu rasu bil-mannara, b’ommu Azucena u l-Konti jarawh mit-tieqa taċ-ċella. Xħin jinqatel, Azucena tgħid lill-Konti Għadek kif qtilt ’il ħuk iż-żgħir; fl-aħħar ommi ġiet ivvendikata.




  2. Lo dudo

    Nhar il-Ġimgħa li għadda rajt La ley del deseo t’Almodóvar… u fih kien hemm dal-bolero mill-isbaħ, Lo dudo, kantat u mdaqq mit-triju Los Panchos.

    Did-darba ppruvajt mhux biss naqleb il-lirika għall-Malti, imma ttantajt inżomm daqsxejn it-taqbil u t-tul tal-versi, ħalli jkun jista’ jitkanta bil-Malti… :)

    Lo dudo
    Niddub’ta

    Lo dudo, lo dudo, lo dudo
    que tú llegues a quererme
    como yo te quiero a tí.

    Niddub’ta, niddub’ta, niddub’ta/ tasalx qatt biex itħobb lili/ kif inħobb lilek jien.

    Lo dudo, lo dudo, lo dudo
    que halles un amor más puro
    como el que tienes en mí.

    Niddub’ta, niddub’ta, niddub’ta/ issibx imħabba tant safja/ bħal dik li noffrilek jien.

    Hallarás mil aventuras sin amor,
    pero al final de todas,
    solo tendrás dolor.

    F’elf avventura bla mħabba għad itkun/ iżda fit-tmiem ta’ kollox,/ imnikket se jħalluk.

    Te darán de los placeres, frenesí,
    más no ilusión sincera,
    como la que te dí…

    U jagħtuk mitt elf pjaċir u ferħ ta’ ġenn/ biss ma jkunux sinċiera/ bħal dawk li tajtek jien…

    Lo dudo, lo dudo, lo dudo
    que halles un amor más puro
    como el que tienes en mí,
    como el que tienes en mí.

    Niddub’ta, niddub’ta, niddub’ta/ issibx imħabba tant safja/ bħal dik li noffrilek jien,/ bħal dik li noffrilek jien.



  3. Lill-iStill Alive Bar

    O ħanut tar-Ravjul li m’għadekx,
    sbuħitek kienet fl-umiltà tiegħek,
    qalbi ngħafset meta ma sibtekx;
    stennejt, bit-tama li nerġa’ ningħaqad miegħek…

    Imm’ issa ż-żmien għattanli t-tama.

    Ma ġara xejn:
    ġismek jibqa’ jgħix f’tifkirieti,
    u ruħek għad titfaċċali xi mkien ieħor :)



  4. Nuestro balance

    Dan hu l-ewwel tango li qatt kiteb Bernardo Mitnik, magħruf bħala Chico Novarro, fl-1965. Isimgħuh… mill-isbaħ.

    Nuestro balance
    Ir-rendikont tagħna

    Sentemonos un rato en este bar
    a conversar
    serenamente.
    Echemos un vistazo desde aquí
    a todo aquello que pudimos rescatar.
    Hagamos un balance del pasado
    como socios arruinados
    sin rencor,
    hablemos sin culparnos a los dos
    porque, al final, salvamos lo mejor.

    Ejja npoġġu waħda f’dan il-bar/ ħa ngħidu kelma/ bil-kwiet./ Ejja ħa nagħtu ħarsa minn hawn/ lejn dak kollu illi stajna nsalvaw./ Ejja nagħmlu rendikont tal-imgħoddi/ bħal sħab irrovinati/ mingħajr għali,/ ħa nitkellmu bla ma nwaħħlu f’xulxin/ għax, fl-aħħar mill-aħħar, insalvaw l-aħjar.

    Ha pasado solo un año
    y el adiós abrió su herida
    — un año nada mas,
    un año gris
    que en nuestro amor duró una vida.
    Lentamente fue creciendo
    la visión de la caída.
    La sombra del ayer
    nos envolvió
    y no atinamos a luchar…

    Kull ma għaddiet sena/ u l-firda fetħet ġerħietha/ — sena, xejn aktar,/ sena griża/ li f’imħabbitna damet għomor./ Bil-mod il-mod bdiet tikber/ id-dehra tal-kisra./ Id-dell tal-imgħoddi/ iddawwar magħna/ u ġġilidna

    ¡No ves!…
    Estoy gritando sin querer
    porque no puedo contener
    esta amargura que me ahoga.
    Perdona, no lo pude remediar
    — mi corazón se abrió de par en par.

    M’intx tara!…/ Qiegħed ngħajjat bla ma rrid/ għax ma niflaħx inżomm iktar ġo fija/ ’il dal-imrar li qed jifgani./ Aħfirli, ma stajtx inżomm/ — qalbi nfetħet beraħ.



  5. Música Beat

    It-tangos m’hux dejjem ikunu melankoliċi — isimgħu u aqraw waħda ’l dat-tango miktub (bħala poeżija, jekk fhimt sew) minn Enrique Cadícamo u kantat mill-x-rocker Melingo.

    Música Beat
    Mużika Beat

    Unos chantas amigos me invitaron
    a escuchar discos a un lugar pituco,
    me sirvieron un whisky y comenzaron
    a darle leña a un tango de Pichuco.

    Erbat iħbieb prużuntwe stednuni/ biex nintefgħu nisimgħu erba’ diski f’post pretenzjuż,/ ġabuli whisky u bdew/ jaqalgħu lil tango ta’ Pichuco.

    Era pa’ que entrara por el aro
    porque poco después puso un cretino
    canciones de los Beat’s y les declaro
    que las sufrí como un tormento chino.

    Kien biex jaħarquni/ għax ftit tal-ħin wara ġie ċuċ u tefa’/ diski tal-Beat’s u nista’ ngħarrafkom/ illi bagħtejt daqs li kieku tortura Ċiniża.

    Era un ruido de cuerdas que mataba,
    un tono y dominante insoportable,
    el cantor era un rope que ladraba
    y todos lo encontraban formidable!

    Kien storbju ta’ kordi qattiela,/ ton u dominant insopportabbli,/ il-kantant kien qisu kelb inewwaħ/ u ’l kollha dehrilhom li kien mill-aqwa!

    Esa moda que a mí me reventaba,
    a ellos les hacía erizar la piel…
    Ninguno de estos turros — yo pensaba —
    habrá escuchado un disco de Gardel‽

    Dik il-moda illi lili kienet iddawwarli ’ll-istonku,/ lilhom kienet tqajmilhom ġisimhom xewk xewk…/ Possibli ’lli l-ebda wieħed minn dat-tronoġ — għedt bejni w bejn ruħi —/ qatt ma sema’ diska ta’ Gardel‽



  6. Soledad

    Dan it-tango nkiteb minn Alfredo Le Pera fl-1934. Tistgħu tisimgħuh kantat mill-kbir Gardel

    Soledad
    Solitudni

    Yo no quiero que nadie a mi me diga
    que de tu dulce vida vos ya me has arrancado.
    Mi corazón una mentira pide
    para esperar tu imposible llamado.
    Yo no quiero que nadie se imagine
    como es de amarga y honda mi eterna soledad,
    pasan las noches y el minutero muele
    la pesadilla de su lento tic-tac.

    Ma rrid li ħadd ma jiġi jgħidli/ li int ġa qaċċattni minn dik il-ħelwa ħajtek./ Qalbi tittallab għal gidba/ sabiex nibqa’ nittama li ser issejjaħli./ Ma rrid lil ħadd jimmaġina/ kemm hi morra w fonda s-solitudni eterna tiegħi,/ jgħaddu l-iljieli u l-minutiera titħan/ bit-tokk imtawwal tagħha, tal-ħmir il-lejl.

    En la doliente sombra de mi cuarto, al esperar
    sus pasos que quizás no volverán.
    A veces me parece que ellos detienen su andar
    sin atreverse luego a entrar.
    Pero no hay nadie y ella no viene,
    es un fantasma que crea mi ilusión.
    Y que al desvanecerse va dejando su visión
    cenizas en mi corazón.

    Fid-dalma sofferenti ta’ kamarti, nistenna/ li nisma’ l-passi tagħha, li jaf m’huma se jaslu qatt./ Xi minn daqqiet jidhirli li nismagħhom jieqfu eżatt wara l-bieb/ mingħajr ma imbagħad ikollhom il-ħila jidħlu./ Iżda m’hemm ħadd u m’hix ġejja,/ kull m’hija ruħ maħluqa mill-illużjoni tiegħi./ U li x’ħin tgħib, xbihietha tħalli/ l-irmied ġewwa qalbi.

    En la plateada esfera del reloj,
    las horas que agonizan se niegan a pasar.
    Hay un desfile de extrañas figuras
    que me contemplan con burlón mirar.
    Es una caravana interminable
    que se hunde en el olvido con su mueca espectral,
    se va con ella tu boca que era mía,
    solo me queda la angustia de mi mal.

    Fuq id-dawra mfiddha ta’ l-arloġġ,/ is-sigħat agonizzanti jiċħdu li jgħaddu./ Parata ta’ figuri strambi/ jiċċassaw lejja b’ħarsa għijjieba./ Qisu karavann bla tmiem/ li jegħreq fin-nisi b’daħka spettrali/ u miegħu jgħib dak fommok li darba kien tiegħi/ u kull ma jifdalli, dwejjaq ġo qalbi.

    En la doliente sombra…



  7. Ma se ghe penso

    Din hija għanja Ġenoviża mill-isbaħ miktuba minn Mario Cappello fl-1925. Tirrakkonta l-istorja ta’ Ġenoviż li jkollu jemigra lejn l-Arġentina biex isib xortih… iżda wara ħafna u ħafna snin, jintrikeb min-nostalġija…

    Qlibtha għall-Malti mit-test oriġinali miktub biż-zeneize (id-djalett Ġenoviż tal-ilsien Liguri) bis-saħħa tat-traduzzjoni Taljana ta’ Paolino.

    Isimgħuha kantata minn Govi filwaqt li ssegwu t-test; tpaxxew bis-sbuħija ta’ dal-ilsien, u fuq kollox, ibku

    Ma se ghe penso
    Imma jekk naħseb fiha

    O l’ea partïo senza ’na palanca
    l’ea za trent’anni, forse anche ciù…
    O l’àia lottòu pe mette dinæ ä banca
    e poèisene un giorno vegnî in zù.
    E fase a palassinn-a e o giardinetto
    cö rampicante, co-a cantinn-a e o vin,
    a branda attaccâ ai erboi, all’uso letto,
    pe daghe ’na schenâ, séia e mattin…
    E o figgio o ghe dixeiva: No ghe pensâ
    a Zena cose ti ghe veû tornâ!

    Kien telaq mingħajr sold/ kien ilu ’ġà tletin sena, forsi anke aktar…/ Kien tħabat u stinka biex iqiegħed il-flus il-bank/ u jkun jista’ xi darba jerġa’ jinżel./ U jibni dar bil-ġnien/ bix-xeblieka, bil-kantina u l-inbid,/ il-hammock marbuta bejn ġiex siġriet, jużaha sodda,/ biex jieħu nagħsa fl-għaxija w fil-għodu…/ imma ibnu kien jgħidlu: Toqgħodx tehwden/ Ġenova xi trid terġa’ lura tagħmel!

    Ma se ghe penso
    alloa mi veddo o mâ
    veddo i mâe monti, a ciassa da Nonsiâ…
    Riveddo o Righi e me s’astrenze o cheu,
    Veddo a Lanterna, a Cava, lazzù o Mêu…
    Riveddo ä séia, Zena illuminâ
    veddo là a Foxe e sento franze o mâ
    e alloa mi penso ancon de ritornâ
    a pösa e osse dove ho mâe madonnâ…

    Imma jekk naħseb fiha/ allura nistħajjel ’il-baħar/ nara ’l għoljieti, lil-pjazza tal-Lunzjata…/ Nerġa’ nara ’r Righi u tingħafasli qalbi,/ Nara ’l-Fanal, ’il-Barriera, hemm isfel il-Moll…/ Nerġa’ nara ’l-għaxija, Ġenova mixgħula/ nara ’l-Bokka (tax-xmara) u nisma’ ’t-taħbit tal-baħar/ u allura naħseb li nerġa’ lura/ ħa nserraħ għadmi fejn għandi ’l nannti…

    E l’ea passou do tempo, forse troppo,
    o figgio o l’inscisteiva; Stemmo ben,
    dove ti veû anda, papâ?… pensiemo doppo
    O viägio, o ma, t’ë vegio, no conven!
    Oh no, oh no! me sento ancon in gamba,
    Son stuffo e no ne posso proprio ciù
    Son stanco de sentî: Señor, caramba
    Mi vêuggio ritornamene ancon in zù…
    Ti t’è nasciuo e t’æ parlòu spagnollo,
    Mi son nasciuo zeneize e… no me mollo.

    U kien għadda ż-żmien, forsi wisq,/ ibnu kien jisħaqlu; Ninsabu tajbin,/ fejn trid tmur, pà?… imbagħad naraw/ Il-vjaġġ, il-baħar, issa xjaħt, ma jaqbilx!/ Le le le! jien tajjeb għadni nħossni,/ Xbajt sal-ponta ta’ mnieħri/ Għajjejt nisma’: Señor, caramba/ Irrid nerġa’ ninżel…/ Int twelidt u tkellimt bl-iSpanjol,/ Jien twelidt Ġenoviż u… mhux se nċedi!

    Ma se ghe penso, ecc. ecc.

    E sensa tante cöse a l’é partïo
    e a Zena o gh’ha formóu torna o so nïo.

    U b’mingħajr wisq affarijiet telaq/ u f’Ġenova reġa’ bena l-bejta tiegħu mill-ġdid.



  8. Confesión

    Dan hu t-tango Confesión miktub minn Enrique Santos Discépolo fl-1931, annotat bit-traduzzjoni tiegħu għall-Malti. Tistgħu tisimgħuh kantat minn Carlos Gardel.

    Confesión
    Qrara

    Fue a conciencia pura
    que perdí tu amor,
    nada más que por salvarte.

    Kont totalment konxju milli kien qed jiġri/ meta erħejt ’l imħabbtek,/ għall-ebda skop għajr li nsalvak.

    Hoy me odiás
    y yo feliz,
    me arrincono pa’ llorarte.

    Illum tobgħodni/ u jien ferħan,/ nitrekken biex nibkik.

    El recuerdo que tendrás de mí
    será horroroso,
    me verás siempre golpeándote
    como un malvao.

    Min jaf it-tifkira li għandek tiegħi/ kemm hi tal-biża’,/ tistħajjilni dejjem insawwtek/ bħal kattiv.

    Y si supieras bien
    que generoso
    fue que pagase así
    tu gran amor…

    U li kieku biss taf/ kemm kont ġeneruż/ illi temmejt hekk/ ’il dik il-kbira mħabbtek…

    Sol de mi vida,
    fui un fracasao
    y en mi caída
    busqué dejarte a un lao,

    Ja xemx ta' ħajti,/ kont fallut/ u fi nżuli/ fittixt li nwarrbek min-nofs,

    porque te quise tanto,
    tanto que al rodar,
    para salvarte
    sólo supe hacerme odiar.

    għaliex tant ħabbejtek,/ tant li jien u nitgerbeb ’l isfel,/ biex insalvak/ l-uniku ħaġa li għaraft nagħmel kienet li nġiegħlek tobgħodni.

    Hoy, después de un año atroz
    te vi pasar
    – me mordí pa’ no llamarte.

    Illum, sena kiefra wara,/ rajtek għaddejja/ – gdimt ilsieni biex ma nsejjaħlekx.

    Ibas linda
    como un sol,
    se paraban pa’ mirarte.

    Kont għaddejja sabiħa/ qisek xemx,/ in-nies bdiet tieqaf biex tħarislek.

    Yo no sé si el que te tiene así
    se lo merece…
    Sólo sé que la miseria cruel
    que te ofrecí,

    Jien ma nafx dak li qed iżommok hekk/ jistħoqqlux jew le…/ Kull ma naf illi l-miżerja kiefra/ illi offrejtlek,

    me justifica al verte
    hecha una reina,
    que vivirás mejor
    lejos de mí.

    tagħmel ħaqq ’l għemili meta narak/ magħmula reġina,/ u li se tgħix ħajja ferm aħjar/ il-bogħod minni.